Trump ikeċċi lill-konsulent dwar is-sigurtà nazzjonali John Bolton

FILE PHOTO: National Security Advisor John Bolton adjusts his glasses as U.S. President Donald Trump speaks while meeting with NATO Secretary General Jens Stoltenberg in the Oval Office at the White House in Washington, U.S., April 2, 2019. REUTERS/Joshua Roberts/File Photo

Il-President Amerikan Donald Trump keċċa lil konsulent għas-Sigurtà Nazzjonali John Bolton.

Il-President Amerikan għamel dan permezz ta’ Tweet. Huwa qal li dan sar minħabba diverġenzi bejniethom dwar għadd ta’ kwistjonijiet ġeopolitiċi fuq il-Korea ta’ Fuq, l-Afganistan, l-Iran u r-Russja.

Trump qal li fuq numru ta’ kwistjonijiet, huwa ma kienx jaqbel mal-mod kif kien qed iħares lejn dawn is-sitwazzjonijiet. Il-President Amerikan spjega li ma kienx l-uniku wieħed li ma qabilx ma’ Bolton.

Aktar tard is-Segretarju tal-Istat Amerikan Mike Pompeo qal li kemm-il darba kellu diverġenzi ma’ Bolton.