Il-President Amerikan jhedded li jeqred l-ekonomija Torka

FILE PHOTO - U.S. President Donald Trump and Turkish President Tayyip Erdogan speak at the start of the NATO summit in Brussels, Belgium July 11, 2018. REUTERS/Reinhard Krause

Il-President Amerikan Donald Trump hedded lit-Turkija li jekk tagħmel azzjonijiet militari unilaterli fis-Sirja, jieħu passi biex jeqred l-ekonomija tal-pajjiż.

Donald Trump, permezz ta’ tweet iddikjara din it-theddida fil-kuntest ta’ kritika li saritlu wara d-deċiżjoni li jirtira s-suldati speċjali preżenti Amerikani preżenti fis-Sirja u li kienet interpretata minn ħafna bħala abbandun lis-suldati Kurdi Sirjani fir-reġjun.

Minkejja li saru dikjarazzjonijiet li kienu qed jindikaw il-possibilità ta’ aggressjoni mit-Turkija, sa issa ma’ kienx hemm l-ebda azzjoni militari.