Il-President Amerikan jasal l-Ingilterra

Il-President Amerikan Donald J. Trump wasal l-Ingilterra, fil-post li huwa sejjaħ bħalha “hot spot” wara li qajjem dubji dwar il-pjanijiet tal-Prim Ministru Theresa May rigward Brexit u l-Unjoni Ewropea.

Bosta protesti huma ppjanati madwar il-pajjiż iżda Trump żied jgħid li n-nies ġewwa l-Ingilterra iħobbuħ ħafna.

Wara summit tan-NATO fejn Trump ipprovoka sessjoni ta’ kriżi biex iġiegħel lill-alleati jgħollu l-infiq tad-difiża tagħhom, Trump telaq għall-Ingilterra għall-ewwel żjara tiegħu bħala President wara li ddeskriva l-eqreb allejat Amerikan fl-Ewropa bħala maqsum rigward Brexit.

May qiegħda tittama li Trump se jgħin biex iħaffef il-ftehim dwar il-kummerċ ħieles, għalkemm il-kummenti pubbliċi tiegħu dwar Brexit tefgħu sinjal ta’ dubbju matul iż-żjara.