Il-President Amerikan iżur l-Iżrael għall-ewwel darba

Il-President Amerikan Barack Obama se jkun qed jagħmel l-ewwel żjara uffiċċjali tiegħu lejn l-Iżrael. Iż-żjara qalb ħafna sigurtà, mistennija ddum tlett ijiem. Fost l-affarijiet li mistennija jiġu diskussi huma l-gwerra fis-Sirja u t-thedida nukleari mill-Iran.

Minkejja din iż-żjara li hi meqjusa waħda ta’ importanza kbira, uffiċjali Amerikani qed jgħidu li l-President Amerikan mhux mistenni jmexxi t-taħdidiet ta’ paċi bejn l-Iżrael u l-Palestina. Intant, l-istess Obama qed jiġi kkritikat fuq il-fatt li hu qatt ma żar l-Iżrael waqt l-ewwel perjodu presidenzjali tiegħu.