Il-presepju jilqgħek fil-Belt

Ftit jiem ilu tnieda presepju b’figuri lifesize fid-daħla ewlenija tal-Belt Valletta. Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Dr Owen Bonnici qal li, “Dan il-presepju jiġbor it-tradizzjoni ta’ pajjiżna.”
Il-presepju ntlaqa’ tajjeb wara li kien hemm min ilmenta li ma kienx hemm presepju qalb it-tiżjin sabiħ li libbes il-Belt għal żmien il-Milied.
Ritratti: Ian Noel Pace