Il-Premju Nobel għall-Paċi lill-Kampanja kontra l-armi nukleari

Il-Premju Nobel għall-Paċi ngħata lill-Kampanja Internazzjonali kontra l-Armi Nukleari (ICAN).
Iċ-Ċerpersin tal-Kumitat Nobel, Berit Reiss-Andersen, qalet li l-premju se jingħata għall-impenn tal-grupp favur ftehim internazzjonali biex ikunu pprojbiti l-armi nukleari.
“Qed ngħixu f’dinji fejn ir-riskju li jkunu użati dawn l-armi huwa ikbar minn dak li qatt kien,” kompliet tgħid iċ-Ċerpersin.
Semmiet is-sitwazzjoni fil-Korea ta’ Fuq.
Ħeġġet lil dawk il-pajjiżi li għandhom l-armi nukleari biex jibdew in-negozjati biex gradwalment ineħħu darba għal dejjem dawn l-armi.
F’Lulju, 122 nazzjon qablu fi ftehim li l-għan tiegħu huwa li jipprojbixxi u fl-aħħar mill-aħħar jelimina l-armi nukleari kollha.
Ħadd mill-pajjiżi li huma armati b’dawn l-armi, fosthom l-Istati Uniti u r-Renju Unit, ma ffirma.