Il-Premju Mother Teresa lil dawk li ġġieldu l-iskjavitù moderna

Il-Mother Teresa Memorial Awards f’Mumbai, l-Indja. Nov. 3, 2019. (Credit: Nirmala Carvalho for Crux.)

Ta’ kull sena il-Mother Teresa Memorail Awards u l-Harmonu Foundation jonoraw xi organiżazzjoni Indjana jew internazzjonali, jew individwi li jaħdu fil-qasam tal-ġustizzja soċjali.

Dan hu l-uniku unur imsemmi għal Madre Teresa u li għandu l-approvazzjoni tal-Missjunarji tal-Karità, il-kongregazzjoni li waqqfet din il-qaddisa ta’ żmienna.  Din is-sena kienet il-15-l-annversarju ta’ din l-inizjattiva u t-tema magħżula kienet “Nikkumbattu forom moderni ta’ Skjavitu”.

Matul iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni li saret fit-3 ta’ dan ix-xahar saret riferenza għat-traffikar ta’ organi umani, skjavitu sesswali u kull tip ta’ traffikar ieħor li hu mifrux mad-dinja kollha.

Il-forom moderni ta’ skjavitu jinkludu: xogħol mit-tfal, esplojtazzjoni sesswali jew ta’ kull forma oħra, xogħol furzat, il-bejgħ u l-ħażna tal-organi umani u tfal imġiegħla jidħlu suldati u jmorru jiġġieldu, fost forom oħra.

Nisa u tfal vittmi

Hu kalkulat li madwar 40.3 miljun persuna huma vittmi diretti ta’ din l-iskjavitu moderna u minn dawn aktar minn 71% huma nisa jew tfal.

Din is-sena kienu bosta li rebħu dawn l-unur.

Dawn kienu jinkludu lil Ajeet Singh li waqqfet il-fondazzjoni GURIA li tiġġieled l-esplojtazzjoni sesswali tan-nisa u t-tfal fl-Indja; Alezandra Russel li waqqfet l-Urban Light bl-iskop li tirriabilità subien u rġiel li kienu vittmi ta’ traffikar u esplojtazzjoni fit-Tajlandna; l-organiżazzjoni “Tobba kontra l-Ħażna Furzata tal-Organi, li tinkoraġixxi prattiċi etiċi fil-qasam mediku u tiġġieled it-traffikar tal-organi.

Rebbieħa oħra kienu: Free A Girl li taħdem biex tħarreġ avukati nisa fl-Asja u l-Amerika Latina biex jiġġieldu kontra l-iskjavitu sesswali u Hasina Kharbhih, li waqqfet l-Impulse NGO Network li jħarreġ nisa u imprendituri fin-nofsinhar tal-Asia bl-iskop li dawn ma jkunux traffikati.

Kienu onorati wkoll l-organiżazzjoni Jeevika li taħdem biex jieqaf ix-xogħol furzat fl-istati ta’ Karnataka u Kailash Satyarthi fl-Indja; il-fuàdatriċi tal-Bachpan Bachao Andolan li taħdem kontra x-xogħol tat-tfal u tinsisti fuq id-dritt universali tal-edukazzjoni; l-Uffiċċju għall-ħelsien tal-Yazidis li ħeles aktar minn 3,500 mara u tfal mill-ISIS; il-Prerana, NGO li taħdem fid-distrett tal-prostituzzjoni f’Mumba biex tħares tfal vulnerabbli għall-esplojtazzjoni sesswali u t-traffikar; u Rob Williams, il-Kap Eżekuttiv tal-organiżazzjoni War Child UK li taħdem biex jispiċċaw is-suldati tfal.

Soċjeta ġusta

Reem Abdullah Al Falasi, Segretarja Ġenerali tal-għaqda “Security for Motherhood and Childhood” tal-Emirati Arab Magħquda kienet il-mistiedna ta’ l-unur għal din iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni li saret f’Mumbai.

F’messaġġ qasir hi qalet li “ħadt gost ninnota li aħna lkoll qed naħdmu biex noħolqu soċjetà aktar armonjuża, tolleranti u umana fid-dinja kollha fejn sal-lum qed jirrenjaw in-nuqqas ta’ armonija u n-nuqqas ta’ għaqda”. Hi qalet li m’hemmx mod aħjar kif wieħed ifakkar lil Madre Teresa, mill-missjoni nobbli li testendi l-għajnuna lil dawk l-aktar vulnerabbli u dawk fil-bżonn.