Il-Premier League Ingliż se jitkompla f’Ġunju

Ritratt: Premierleague.com

Il-Kampjonat Premier fl-Ingilterra se jirritorna fis-17 ta’ Ġunju — tliet xhur wara li l-istaġun 2019-20 ġie sospiż minħabba l-pandemija tal-coronavirus. 

L-ebda partita ma ntlagħbet s’issa minn meta Leicester City rebħu 4-0 fuq Aston Villa fid-9 ta’ Marzu. 

Il-logħbiet li kellhom jintlagħbu ftit jiem wara ġew posposti wara li Mikel Arteta tal-Arsenal ittestja pożittiv għall-koronavirus fit-13 ta’ Marzu li ħalla l-kampjonat wieqaf.

Fil-klassifika bħalissa Liverpool jinsabu fil-quċċata bi 82 punt b’Manchester City fit-tieni post b’57 punt.