Il-prattika finali tal-Grand Prix tibda 10 minuti tard minħabba inċident

Il-prattika finali tal-Grand Prix Taljan kellha tibda’ għaxar minuti tard minħabba li kien hemm inċident fit-tiġrija tal-Formula 3.

L-Awstraljan Alex Peroni spiċċa tar bil-karozza fl-arja minħabba li għadda minn tidwira qawwija b’veloċità kbira u dar rasu ‘l isfel għal fuq barrier. Iżda fortunatament ma weġġax. Id-dewmien ġie kkawżat minħabba li riedet titneħħa xi biċċa mill-barrier li ntużat fid-dawra biex tippreveni milli s-sewwieq jmorru ‘l barra wisq minnha u jispiċċaw iżidu l-ħin.

Peroni deher miexi mal-ġenb tat-trakka u ttieħed l-isptar bi prekawzjoni.