Il-pożizzjoni uffiċjali tal-Papa dwar il-familja għal Marzu

Id-dikjarazzjoni tal-Papa dwar il-Familja, wara ż-żewġ Sinodi tal-Isqfijiet dwar dan is-suġġett, se tiġi ppubblikata f'Marzu li ġej.
Il-Monsinjur Vincenzo Paglia, li jmexxi l-Kunsill Pontifiċju għall-Familja, qal dan fi żjara li qed jagħmel fil-Portugall.
Id-dikjarazzjoni, jew eżortazzjoni, se tiġbor l-indikazzjonijiet taż-żew Sinodi li saru f'Ottubru tal-2014 u f'Ottubru li għadda.
Monsinjur Paglia sostna li hu konvint li din id-dikjarazzjoni se tkun "innu ta' mħabba".