“Il-pożizzjoni ta’ Malta mhux nużawha biżżejjed biex inkattru l-ekonomija”

Is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera sostna li l-pożizzjoni ta’ Malta mhux nużawha biżżejjed biex inkattru l-ekonomija.
Waqt li kien qed jindirizza l-ewwel forum dwar il-loġistika lill-ħaddiema tal-Malta Freeport Terminals, Dr Herrera qal li l-loġistika hi pilastru ewlieni għat-tkattir tal-ekonomija.
Żied jgħid li l-Malta Freeport Terminals illum jopera mat-3 miljun TEUs fis-sena, u li l-kumpanija bħalissa qed tinvesti fi krejnijiet ġodda b’kapaċità li jieħdu ħsieb l-akbar vapuri tal-kontejners fid-dinja.
Herrera qal li kruċjali għal-loġistika huma l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-ambjent u l-ispatial planning kif ukoll is-sigurtà u t-tfittxija fil-baħar.
Ritratt: DOI – Omar Camilleri