​Il-Powerlifting u l-viżjoni ta’ Sean Micallef f’ħajtu

X’inhi l-Malta Drug-Free Powerlifting Association?
Hija l-unika assoċjazzjoni f’Malta li ġġib l-isem ta' Malta Drug-free Powerlifting Association, MDFPA fil-qosor.
Bħala assoċjazzjoni taqa’ taħt il-World Drug-Free Powerlifting Federation (WDFPF). 
Il-kelma drug-free tindika biċ-ċar li l-assoċjazzjoni ma taċċetta l-ebda użu ta' steroids u xi sustanzi illegali u ovjament min jinqabad meta jsirlu t-test jista’ anke jiġi skwalifikat għall-għomru mil-MDFPA.
Bħala atleti qegħdin kwazi bejn 60 u 70, biex b’hekk dan l-isport jkompli jikber, speċjalment f’dawn l-aħħar sentejn.
 
Ġieli prattikajt sport ieħor u liema?
Fil-passat meta kont għadni l-iskola, kont niprattika l-atletika u anke l-futbol.
Kif spiccajt mill-iskola jiġifieri daqs 10 snin ilu bdejt il-Bodybuilding u sal-lum għall-grazzja t'Alla għadni għaddej.
 
Kif tiddeskrivi lilek inniffsek?
Bniedem normali, dejjem lest biex nitgħallem u ntejjeb iktar dak li naf, bniedem li napprezza ħafna dak li ta’ madwari jagħmlu mieghi, speċjalment it-tfajla tiegħi u nħossni dejjem motivat għall-Powerlifting.
Il-Powerlifting hija ġlieda bejnek u bejn il-ħadida li hemm quddiemek.
Jien nieħu l-Powerlifting bħala sport u hija l-hena tiegħi li nara lil sħabi jmorru l-quddiem f’dan l-isport.
 
Xi thobb iktar fil-ħajja minbarra l-Powerlifting?
Inħobb nara kull tip ta sport però barra l-Powerlifting l-iktar li nsegwi huwa l-futbol, fejn jien partitarju kbir tal-Milan.
Inħobb it-trankwilità u l-ħruġ tiegħi huwa fejn hemm it-trankwilità u anke fejn hemm ikel tajjeb għax ikolli ngħid li l-ikel inħobbu ħafna wkoll.
 
Hemm xi sentenza li lilek tant timmotivak kemm fil-Powerlifting u anke fil-ħajja?
Hemm ħafna imma din hi l-aktar waħda li nħobb:
”The weight room is a place where the trials never end. It is the place where we test ourselves continuously- we struggle to reach one goal, and as soon as we reach it, there is another and more difficult one to meet.”
Dave Tate.
 
Kif thares lejn il-futur tieghek?
Ħa nkompli nitħarreġ iktar fil-Powerlifting, determinat li kif niżżewweġ u noqgħod fid-dar il-ġdida, nipprova anke li jkolli l-gym personali tiegħi.
Fl-aħħarnett, sakemm Alla jtini s-saħħa ħa nkompli miexi l-quddiem fil-Powerlifting u anke niehu sehem f' kompetizzjonijiet internazzjonali.
 
Newsbook.com.mt jixtieq jirringrazzja lil Sean Micallef mill-Malta Drug-Free Powerlifting Association, għal din l-intervista estensiva u ferm interessanti.