Il-poteri tal-PM jistgħu jxekklu l-investigazzjoni

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeċieda li jibqa’ fil-kariga ta’ Prim Ministru sakemm jiġi elett il-mexxej ġdid tal-Partit Laburista. L-istess persuna se tkun qed tieħu wkoll l-irwol ta’ Prim Ministru ta’ Malta minfloku. Dan il-fatt qajjem diversi mistoqsijiet minn persuni differenti dwar l-integrità tal-investigazzjoni tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Sorsi qalu lil Newsbook.com.mt li t-tħassib dwar l-integrità ta’ din l-investigazzjoni ġejja mill-fatt li l-Prim Minisru għandu ħafna poteri li jinkludu s-setgħa li jawtorizza mandat li jippermetti t-tapping tat-telefon mis-Servizz tas-Sigurtà. Taħt il-liġi Maltija, it-tapping tat-telefown jista’ jsir biss jekk ikun awtorizzat mill-ministru konċernat jew mill-Prim Ministru.  

L-Att dwar is-Servizzi tas-Sigurtà

Is-Servizz ta’ Sigurtà ta’ Malta huwa stabbilit permezz tal-Att dwar is-Servizzi tas-Sigurtà u din hija entità separata mill-Pulizija u taqa’ taħt l-awtorità tal-Ministru maħtur mill-Prim Ministru li huwa responsabbli għas-Servizz tas-Sigurtà, f’dan il-każ il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia.  L-għan tas-Servizzi tas-Sigurtà huwa li jipproteġi s-sigurtà nazzjonali, b’mod partikolari kontra l-kriminalità organizzata fost oqsma oħra.

Il-mandati biex jiġu interċettati mezzi ta’ komunikazzjoni jistgħu jiġu approvati mill-Ministru. Il-Prim Ministru jaħtar Kummissarju għas-Servizzi tas-Sigurtà. Din il-persuna trid tkun okkupat il-kariga ta’ Imħallef jew Avukat Ġenerali. L-irwol tal-Kummissarju huwa li jara li jkunu osservati l-liġijiet meta l-Ministru joħroġ mandat. Ir-rapport annwali mis-Servizzi ta’ Sigurtà jiġi ppreżentat lill-Prim Ministru u l-Ministru responsabbli.

L-MEPs jinsabu mħassba

F’Novembru li għadda diversi MEPs urew tħassib serju dwar il-fatt li Jospeh Muscat iddeċieda li jibqa’ fil-kariga tiegħu bħala Prim Ministru. Huwa urew it-tħassib tagġhom dwar integrità tall-investigazzjoni tal-qtil kif ukoll għat-tfittxija tal-fatti f’Malta. Il-Membru Parlamentari Ewropew l-Olandiża Sophie in ‘t Veld qalet lill-istampa li d-delegazzjoni kellha tħassib serju dwar l-integrità tal-investigazzjoni.

Il-missjoni biex tinstab il-verità dwar dan l-assassinju qalet li filwaqt li kien sar progress importanti mill-investigaturi, ħadd ma kien komdu li Muscat baqa’ Prim Ministru.

Sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qajmu tħassib dwar il-fatt li Muscat baqa’ fil-kariga bil-possibilità li seta’ jinterferixxa fl-investigazzjoni tal-qtil. Muscat iddikjara diversi drabi li ma ndaħalx fl-investigazzjonijiet tal-pulizija.

Id-delegazzjoni tal-MEP kienet qajmet tħassib simili, u enfasizzat li kemm jekk dan kien minnu kif ukoll jekk kien hemm indħil politiku, il-fatt li Muscat baqa’ fil-kariga kienet ta’ riskju.  

Fl-aħħar ġimgħat Joseph Muscat ħabbar li se jkun qed jirreżenja minn Prim Ministru f’Jannar wara li jkun elett mexxej tal-Partit Laburista ġdid. Il-Prim Ministru ħabbar r-riżenja tiegħu wara l-iżviluppi li seħħew fl-aħħar xhur.