Il-postijiet bil-Wifi bla ħlas se jiżdiedu għal 300 sal-2016

Sal-aħħar tas-sena d-dieħla, il-postijiet b’hotspots tal-Wifi se jiżdiedu għal 300 minn 191 li hawn fil-preżent.
Hekk wieġeb il-Ministru għall-Ekonomija, Chris Cardona għall-mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.
B’din iż-żieda fil-hotspots, il-postijiet bil-Wifi mingħajr ħlas se jiżdied b’60%.
Il-Ministru qal li l-postijiet eżatti ta’ l-Wifi hotspots għadha qed tiġi diskussa. 
Filwaqt li fil-maġġorparti tal-ibliet u l-irħula hemm post wieħed bil-Wifi mingħajr ħlas, f’San Ġwann se jkun hemm seba’ postijiet, f’Tas-Sliema se jkun hemm sitta bħall-Belt Valletta.