Il-posta se togħla minn nhar it-Tnejn li ġej

Minn nhar it-Tnejn li ġej, ir-rata ġdida ta’ pustaġġ se togħla għal 26ċ, jiġifieri żjieda ta’ sitt ewro ċenteżmi, hekk kif ir-rata bħalissa hi ta’ 20ċ.

Maltapost żiedet tgħid li r-rata tal-ittri b’piż ta’ aktar minn 50 gramma u mhux aktar minn 100 gramma se tkun ta’ 32ċ, jiġifieri żjieda wkoll ta’ sitt ewro ċenteżmi.

Madanakollu hemm fis-seħħ ukoll żjieda ta’ 20ċ addizzjonali għal kull 50 gramma, iżda sa mhux aktar minn 2 kilogrammi.