Il-Kummissjoni Elettorali għarrfet li ħadd ma ġie ppreżentat għall-elezzjoni każwali ta’ kunsillier flok Evelyn Vella Brincat għall-Kunsill Lokali ta’ Pembroke.
Illum ħabbru fi stqarrija li ż-żmien għan-nominazzjonijiet għalqu, u għalhekk ħadd m’hu se jsir kunsillier flok Evelyn. Evelyn Vella Brincat kienet kunsilliera f’isem il-Partit Nazzjonalista, u kienet ukoll minority leader fi ħdan l-istess kunsill.
Hi mietet tard il-Ġimgħa filgħaxija meta tilfet il-battalja tal-kanċer li ilha tiġġieled snin.