Il-post b’aktar sodod f’Mater Dei se jiflaħ aktar sulari

Il-post il-ġdid f’Mater Dei fejn se jitqiegħdu 68 sodda ġdida se jkun maqsum fuq żewġ sulari.
Kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li dan il-post il-ġdid, minbarra l-ispazju għal 68 sodda, se jkollu wkoll kamra li se tintuża bħala service room.
Din l-istruttura l-ġdida se ssir b'tali mod li ‘l quddiem ikunu jistgħu jittellgħu aktar sulari.
Ix-xahar li għadda is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne kien ħabbar li l-Gvern kien qed jistenna li jkollu f’idejh il-pjanti dwar fejn jista' jibni post ġdid f'Mater Dei minflok iż-żewġ swali li kellhom jinbnew fuq id-Dipartiment tal-Emerġenza.  
Dan wara li aktar kmieni kien instab li li l-konkrit użat fuq xi kolonni fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei mhux b'saħħtu biżżejjed u kien ta' kwalità ferm inferjuri.