Il-Portugall iħarrax il-liġi dwar l-abort

Il-Portugall webbes il-liġijiet b’rabta mal-abort u bl-emendi li daħħal, nisa li jridu jwettquh, iridu jħallsu għall-proċedura privata u jridu jgħaddu minn sessjonijiet ta’ counselling u testijiet.
Il-Parlament Portugiż approva l-emendi fil-liġi, imressqa mill-Gvern, minkejja protesti mill-Oppożizzjoni u minn membri ta’ għaqdiet li jaħdmu favur l-abort.
Fl-2007, il-Portugall għamel referendum li wassal biex ikun l-istat li jħallas għal abort sakemm l-omm tkun fl-ewwel għaxar ġimgħat ta’ tqala.
Bl-emendi fil-liġi, dik id-deċiżjoni ġiet irtirata.
Fl-Awstralja mbagħad, qed tiġi proposta l-idea li ġenituri li jagħmlu l-IVF ikunu jistgħu jagħżlu s-sess tat-tarbija.