Il-Portugall b’elezzjoni għall-President

Għaxar kandidati qed jikkontestaw l-elezzjoni presidenzjali fil-Portugall b’Marcelo Rebelo de Sousa qiegħed fuq quddiem biex jirbaħ.
Filwaqt li l-kariga ta’ President fil-Portugall hija waħda ċerimonjali, f’każ ta’ kriżi l-kap tal-istat jista’ jxolji l-Parlament.
Stħarriġ qed juri li se jkun hemm min jaqbeż il-50% tal-voti mitfugħa sabiex jirbaħ l-elezzjoni.
F’każ li ħadd ma jaqbeż il-50% ssir elezzjoni nhar l-14 ta’ Frar.
Bħalissa koalizzjoni ta' partiti xellugin qed tmexxi lill-Portugall wara l-elezzjonijiet inkonklussivi li saru f'Ottubru.