Il-portal Newsbook.com.mt fuq il-programm Gadgets

Il-portals tal-aħbarijiet qed isiru aktar popolari. Newsbook.com.mt hija waħda minnhom.

Newsbook.com.mt ġie ddisinjat biex joffri mod modern ta’ kif jinġabru u jiġu ppreżentati l-aħbarijiet fuq l-internet. Dan il-portal ta’ aħbarijiet joffri esperjenza interattiva billi jintegra l-aktar fatturi li kienu ta’ suċċess fil-qasam tan-networks tal-midja soċjali u t-teknoloġiji tal-mowbajls.

Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju ta’ RTK Ltd, il-kamra tal-aħbarijiet tal-istazzjon daħlet għal dan il-proġett ġdid li jimxi mal-missjoni tal-istazzjon li jilħaq udjenza usa’ u jwassal il-verità tal-ġrajjiet tal-ġurnata.