Il-Port Ħieles għada jieqaf għal 4 sigħat

Christ Zahra
Christ Zahra

It-terminal tal-Port Ħieles ta’ Malta għada se jagħlaq temporanjament b’sinjal ta’ rispett lejn Christ Zahra, ir-raġel ta’ 36 sena li tilef ħajtu traġikament il-ġimgħa li għaddiet waqt li kien qiegħed xogħol fil-Freeport.

Fi stqarrija, il-Kamra Maltija tal-SMEs qalet li avżat lill-burdnara b’dan l-għeluq temporanju li se jsir bejn nofsinhar u l-4pm waqt li jsir il-funeral ta’ Zahra.

Intqal li l-ħaddiem kien qed jopera forklifter meta seħħ l-inċident.