Il-pornografija tat-tfal tiġġenera €180 miljun fis-sena

L-industrija kriminali tal-pornografija tat-tfal fl-Ewropa tiġġenera aktar minn €180 miljun. Skont figuri maħruġa mill-Parlament Ewropew, figuri li jagħtu dawl fuq il-flus iġġenerat minn atti kriminali li jidħlu fl-Ewropa, aktar minn €900 miljun huwa ġġenerat minn attività kriminali fuq l-internet, Cyber Crime.

Aktar minn €700 miljun minn dawn ġejjin minn serq ta’ identità, industrija li tħalli aktar minn €1.5 miljun vittma.

It-traffikar ta’ immigranti rregolari mill-Afrika lejn l-Ewropa, iħalli dħul annwali għal min jitraffika ta’ aktar minn €100 miljun fis-sena, b’medja ta’ 55,000 immigrant.

Apparti l-influss ta’ immigranti rregolari, fl-Ewropa jiddaħħlu mas-70,000 vittma ta’ traffikkar ta’ persuni. Dawn jiddaħħlu fl-Ewropa biex jaħdmu fil-prostituzzjoni u xogħol illegali ieħor. Din l-industrija tiġġenera maż-€2.3 miljun lill-kriminali li jorganizzaw it-traffikar.

It-traffikar tal-eroina f’pajjiżi Ewropej tiswa iktar minn €15-il biljun. Din is-sustanza ġejja kollha mill-Afganistan.

L-aktar droga li tiġġenera flus fid-dħul tagħha fl-Ewropa hija l-kokaina, b’ammont li jlaħħaq il-€25.7 biljun.

Mas-6 biljun jiġu mill-bejgħ ta’ prodotti foloz li jidħlu u jinbiegħu f’pajjiżi Ewropej.