Il-Pornografija: l-iktar li l-Maltin ifittxu fuq l-internet

Skont il-websajt Firstmalta.com, websajt li tiġbor informazzjoni dwar tfittix fuq l-internet minn Malta, jidher li s-siti pornografiċi huma l-iktar siti popolari u mfittxija mill-Maltin.

Filfatt, l-iktar tliet websajts li jfittxu l-Maltin huma pornografiċi. L-industrija tal-pornografija ddaħħal madwar 24 biljun dollaru fis-sena, u biex b’hekk tkun waħda mill-iktar industriji b’saħħitha fuq l-internet.

Din hi l-lista tal-iktar websajts mfittxija f’Malta:

1, 2, 3 – Websajts relatati mal-Adulti
4. Faceboook
5. The Times
6. Malta today
7. ok malta
8. play.com
9. Il-Blog ta’ Daphne Caruana Galizia
10. Amazon.com