Il-popolazzjoni tiżdied b’aktar minn 4,000 fis-sena

baby

Il-popolazzjoni Maltija s-sena li għaddiet żdiedet b’4,483, u jirrifletti l-andament tal-aħħar snin fiż-żidiet tat-twelid u tnaqqis fl-imwiet. 
Skont statistika ppubblikata fil-Parlament mill-Prim Ministru Joseph Muscat turi li s-sena li għaddiet in-numru ta’ twelid reġistrat kien ta’ kważi 8,000 tarbija waqt li kien kemm 52 addozzjoni. Dan filwaqt li l-imwiet niżel għal 3,243 persuna.
In-numru ta’ twelid fl-2017 juri żieda mis-7,750 tarbija li twieldu fis-sena 2016 u mis-6,888 fis-sena 2015. Din it-tendenza kienet irrapportatha kull sena sa mill-2008 fejn it-twelid tat-trabi kien 4,783.
B`kuntrast, l-imwiet fl-2017 kienu ta’ 4,783 imqabbla mat-3,388 tas-sena ta` qabel. Fl-2008 kien hemm 3,315 imwiet.
L-addozzjonijiet fl-aħħar sena żdiedu għal 52 fis-sena, wara li fl-2016 dawn kien niżlu għal 38. L-addozzjonjiet fl-2008 kien 71.
L-informazzjoni ngħatat wara mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Byron Camilleri.