Il-Poplu tal-Amazonia għandu jkun protagonist fis-Sinodu

Indiġeni tal-Amazonia jiltaqgħu mal-Papa qabel il-ftuħ tas-Sinodu

Il-kelmiet “nisimgħu” u “ferħ” aktarx li kienu l-aktar żewġ kelmiet li ssemmew u spikkaw fl-ewwel sessjoni tas-Sinodu tal-isqfijiet dwar l-Amazonia li beda din il-ġimgħa fil-Vatikan. Dan intqal fl-ewwel konferenza li saret fl-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, wara l-ewwel sessjoni tas-Sinodu nhar it-Tnejn.

Il-konferenza nfetħet mill-Prefett tad-Dikasteru tal-Komunikazzjoni, Paolo Ruffini li enfasizza li t-tim tiegħu se jipprovdi trasparenza għas-Sinodu filwaqt li jiggranatixxi li l-laqgħa fiha nfisha tkun waħda protetta biex ikun jista’ jsir djalogu u dixxerniment fi spazju protett.

Il-kelliema ewlenin fl-ewwel ġurnata kienu l-Isqof David Martinez De Aguirre Guinea, membru tal-Ordni tad-Dumnikani u Segretarju Speċjali tas-Sinodu.  Hu qal li s-Sinodu diġa’ qajjem ħafna nteress u għarfien dwar ir-reġjun tal-Amazonia: “l-Amazonia teżisti u hi mportanti għad-dinja kollha”.

Nisimgħu

L-isqof enfasizza dwar l-importanza li wieħed jisma’ lill-popli tal-Amazonia u sostna li dawn għandhom ikunu l-protagonisti tas-Sinodu. “Il-popli indiġeni iridu jsiru l-oġġett u mhux is-suġġett tal-laqgħa”. Enfasizza wkoll l-importanza tal-fatt li s-Sinodu qed isir f’Ruma u qal li dan juri li l-Amazonia hi f’qalb il-Knisja.

Sister Alba Teresa Cediel Castillo, it-tieni kelliem, hi Missjunarja tal-Immakulata Verġni Marija u Santa Katerina ta’ Siena.  Hi qalet li kienet ferħana ħafna li kienet preżenti għas-Sinodu biex tirrappreżenta lin-nisa tar-reġjun u lin-nisa reliġjużi.

Il-Kongregazzjoni li tagħmel parti minnha twaqqfet fil-Colombia u taħdem mal-popli indiġeni, speċjalment man-nisa.  Sr Teresa  tkellmet dwar l-isfidi li jridu jiffaċċjaw in-nisa fl-Amazonia u esprimiet it-tama li s-Sinodu joffri risposta għal dawn l-isfidi.

Abbandunati

Il-konferenza ntemmet mill-Isqof Emmanuel Lafont tad-djoċesi ta’ Lafont fil-French Guyana li qal li ħafna nies fl-Amazonia, l-aktar l-Indjani Amerikani u d-dixxendenti tal-iskjavi, jħossuhom abbandunati u sostna li l-kultura indiġena qed tintilef.

Madankollu, bħal Sr. Teresa qal li l-preżenza tiegħu fis-Sinodu ġibitlu ferħ kbir speċjalment għall-opportunita li jiltaqa’ ma tant nies. Hu tkellem dwar l-aspetattivi kbar għas-Sinodu u nsistna li l-Knisja tird issib mezz kif tappoġġja u tgħin lil dawn in-nies tal-Amazonia.

Konferenzi sampa simili, iżda minn kelliema differenti mistennija ssir wara kull ġurnata ta’ xogħol tas-Sinodu. L-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan se jibda jipprvdi wkoll sintesi tad-diskussjonjiet fil-plenarju ta’ wara nofsinhar.