Il-poplu Malti jagħti 45 tunnellata prodotti lil Bejrut

MFEA

Read in English.

Il-poplu Malti ta mal-45 tunnellata ta’ prodotti f’għajnuna umanitarja lill-poplu ta’ Bejrut. Dan wara li l-isplużjoni li seħħet fl-4 t’Awwissu 2020, ħalliet 190 persuna mejta u mal-4,000 persuna midruba u ġarrfet l-infrastruttura tal-Belt kapitali Libaniża.

Il-Ministeru tal-Affarijiet u Ewropej fi stqarrija qal li l-ministeru kopra l-ispejjeż marbuta ma’ titjira umanitarja lejn Bejrut.Id-donazzjonijiet lejn hemm ilbies mediku u sanitarju relatat mal-konteniment tal-COVID-19, ingwanti, prodotti tal-ikel, ħwejjeġ, ħrieqi għat-trabi u oġġetti essenzjali oħra, b’valur totali ta’ madwar €75,000.

Din it-titjira li saret permezz tal-Airbus A340-300 9H-SUN li ngħata mill-kumpanija Hi Fly Ltd saret fil-25 ta’ Settembru fuq inizjattiva tal-Kaptan Charles Pace mill-Avjazzjoni Ċivili.

Il-ministeru ħallas din għal din l-inizjattiva wara li l-Gvern kien ħa d-deċiżjoni li jalloka €50,000 mill-baġit nazzjonali għall-Assistenza għall-Iżvilupp Uffiċjali, sabiex jgħin lill-poplu Libaniż f’dan iż-żmien kruċjali.