“Il-poplu Malti għandu jikseb l-aqwa riżultati mis-sħubija fl-UE” – Alfred Sant

L-eks Prim Ministru Alfred Sant saħaq li wasal iż-żmien li fih il-poplu Malti jaħdem bla waqfien biex jikseb l-aqwa riżultati possibbli mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

Waqt lekċer bit-titlu ‘Malta fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u l-Ewro’, Dr Sant sostna li m’hemmx ħin għal kontroversji qodma, hekk kif dwar is-sħubija fl-Ewropa, il-poplu Malti ddeċieda f’elezzjoni ġenerali u matul l-aħħar għaxar snin għamel l-esperjenza tagħha.

L-eks mexxej Laburista, li se jikkontesta l-elezzjoni tal-MEPs f'Mejju li ġej, saħaq fuq il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea ma tibqax tħaddem politika li tkun l-istess għall-pajjiżi kollha, dik li rrefera għaliha bħalha ‘one size fits all’, u dan anke b’referenza għall-kwistjoni tal-immigrazzjoni llegali.