Il-poplu fil-Gwatemala f’elezzjoni kruċjali

Il-poplu tal-Guatemala, pajjiz ta’ 8 miljun ruħ, huwa mistenni jitfa’ l-vot tiegħu f’elezzjoni kruċjali Manadanakollu ż-żewġ kandidati li riċentement kienu qed jitqiesu bħala favoriti gew imwaqqfa . Kemm l-ex Avukat Ġenerali Thelma Aldana u Zuri Rios, it-tifla tal-ex kap militanti Efrain Rios Montt ġew imwaqqfa milli jikkontestaw waqt li kandidat ieħor kien arrestat f’ Miami fuq suspetti li kien qed jimporta il-kokaina fl-Stati Uniti.

Skont il-liġi tal-pajjiż, il-President attwali Jimmy Morales ma jistax jikkontesta ghat-tieni terminu. Jekk l-ebda kandidat ma jġibx 50 fil-mija fl-ewwel rawnd ta’ elezzjonijiet illum, iż-żewġ kandidati jmorru għat-tieni rawnd ta’ elezzjonijiet fil-11 t’Awwissu. 19-il kandidat se jikkontestaw l-elezzjoni mil-lista ta’ 24 li tħarju jikkontestaw l-ewwel darba.

Sandra Torres li se tikkontesta għat-tielet darba mistenni li jirbaħ. Torres hija miżżewġa ma’ Alvaro Colom li jiggverna Guatemala bejn l-2008  u l-2018 u preżentament hu investigat minħabba frodi.