Il-Pont ta’ Ġenova: Jinstabu l-aħħar 3 iġsma mitlufa

REUTERS/Stefano Rellandini

Instabu l-aħħar tliet iġsma mitlufa wara li ġġarrfet l-awtostrada f’Ġenova. Dan ifisser li n-numru ta’ mwiet ikkawżati minn dan l-inċident tela’ għal 43.

Disa’ persuni għadhom l-isptar, b’erbgħa minnhom f’qagħda kritika.

Uffiċjal tat-tifi tan-nar qal li l-ħaddiema qed jaħdmu biex jagħmlu s-sit iktar sigur u qed jgħinu sabiex tiġi stabbilita l-kawża tad-diżastru.

Sezzjoni ta’ 200 metru tal-Pont Morandi f’Ġenova ġġarrfet fit-traffiku nhar it-Tlieta 14 t’Awwissu.

Ara rapport aktar dettaljat minn hawnhekk.