Il-poloz għall-Kindergarten fl-iskejjel tal-Knisja jittellgħu għada

Fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, fir-Rabat, għada se jittellgħu bil-poloz il-postijiet vakanti għall-ewwel sena kindergarten fl-iskejjel tal-Knisja.
Il-polza tas-subien tibda fid-9.00am waqt li dik tal-bniet tibda fil-11.15am.
Ir-riżultat imbagħad jiġi ppubblikat nhar it-Tnejn fuq is-sit elettroniku tal-Kurja, www.thechurchinmalta.org.
Il-Kurja avżat li jekk ikun hemm postijiet vakanti, dawk li jkun imisshom jiġu infurmati b’ittra.
L-għażla ta’ skola mbagħad issir fis-16 ta’ Mejju.