Il-Polonja u r-Rumanija mċanfra dwar l-indipendenza ġudizzjarja – UE

Poland's Prime Minister Mateusz Morawiecki is welcomed by European Commission President Jean-Claude Juncker in Brussels, Belgium, March 8, 2018. REUTERS/Yves Herman

Il-Kummissjoni Ewropea saħħet id-difiża tal-indipendenza ġudizzjarja u s-saltna tad-dritt fl-Unjoni Ewropea llum wara li ħabbret miżuri legali kontra l-Polonja u avżat lir-Rumanija biex ma taħfirx lill-politiċi korrotti.

Il-Kummissjoni, li hija l-id eżekuttiva tal-Unjoni Ewropea mhux qed jirnexxielha tlaħħaq mal-awtoritarjaniżmu li qiegħed dejjem jikber fil-Lvant tal-Ewropa, b’mod speċjali fil-Polonja, fl-Ungerija u fir-Rumanija.

L-ewwel Viċi-President tal-Kummissjoni, Frans Timmermans, qal li hemm bżonn isir aktar biex is-saltna tad-dritt tissaħħaħ fl-Unjoni Ewropea. Timmermans sostna li l-ewwel nett minħabba li hija problema ta’ valuri fundamentali u t-tieni nett minħabba li l-iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea jiddependi ħafna mis-saltna tad-dritt fl-Istati Membri.