Il-Polonja twissi kontra vjaġġi bla bżonn lejn Malta

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Gvern Pollakk qed iwissi kontra vjaġġi bla bżonn lejn Malta minħabba ż-żieda ta’ każijiet tal-coronavirus.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Pollakk aġġorna l-parir tiegħu dwar l-ivvjaġġar lejn Malta billi issa qed iwissi li min ma jeħtieġx li jsiefer lejn Malta, jevita li jagħmel dan.

Ma ngħatatx informazzjoni dwar jekk dawk li jżuru Malta u jmorru l-Polonja jridux jagħmlu swab test jew kwarantina.

B’hekk il-Polonja ngħaqdet ma’ diversi pajjiżi oħra li wissew kontra vjaġġi lejn Malta, fosthom l-Ingilterra, il-Litwanja u s-Slovenja.

Mil-lum f’nofsillejl tidħol fis-seħħ il-miżura dwar il-lista oranġjo, li tinkludi l-Bulgarija, ir-Rumanija u tlett ibliet Spanjoli, sabiex dawk li jiġu minn hemm jippreżentaw ċertifikat li jiggarantixxi li m’għandhomx coronavirus.

Illum tħabbru 36 każ ġdid tal-coronavirus biex it-total ta’ każijiet attivi issa huwa ta’ 682.