Il-Polonja tirreġistra l-iktar ammont ta’ mwiet mill-Gwerra ‘l hawn

Mariochom - via WikiCommons

Read in English.

Kważi nofs miljun persuna mietu fil-Polonja fl-2020. Din hija l-ogħla ċifra ta’ mwiet fi kwalunkwe sena mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija ‘l hawn, u madwar 20% (80,000) iktar mill-medja annwali reċenti.

Matul it-52 ġimgħa tal-2020, kien hemm 475,253 mewta fil-Polonja, skont ċifri ppubblikati minn BIQdata, mill-gazzetta Gazeta Wyborcza.

Dik tirrappreżenta ċifra ferm ogħla mill-1946, filwaqt li hija wkoll b’mod sinifikanti ‘l fuq mill-medja ta’ ftit inqas minn 400,000 imwiet rreġistrati fi żminijiet riċenti.