Il-Polonja tarresta 2 fuq allegazzjonijiet ta’ spjunaġġ, inkluż impjegat tal-Huawei

FILE PHOTO: The Huawei logo is seen during the Mobile World Congress in Barcelona, Spain, February 26, 2018. REUTERS/Yves Herman/File Photo

Il-Polonja arrestat impjegat Ċiniż tal-kumpanija Huawei u ċittadin Pollakk involut fis-cyber business fuq allegazzjonijiet ta’ spjunaġġ. Il-midja Pollakka rrappurat dwar il-kontroversja tal-kritika mill-Punent fil-konfront tal-kumpanija Ċiniża tat-telekomunikazzjoni.

Aġenziji tal-Intelliġenza tal-Istati Uniti allegaw li Huawei Technologies Company Limited għandha rabtiet mal-Gvern Ċiniż u li l-apparat tagħha jista’ jkun fih l-hekk imsejħa “backdoors” għall-użu ta’ spjuni tal-gvern.

S’issa l-ebda evidenza ma ħarġet fil-pubbliku u l-kumpanija dejjem ċaħdet l-allegazzjonijiet. Minkejja dan, il-kritika wasslet lil diversi pajjiżi u kumpaniji tal-Punent biex jiċċekjaw jekk għandhomx iħallu l-apparat tal-Huawei jintuża’ fuq in-netwerks tat-telekomunikazzjoni tagħhom.