Il-Polonja se tibdel l-istadium nazzjonali fi sptar temporanju

Arne Müseler

Il-Gvern Pollakk se jkun jibdel l-istadium nazzjonali f’Varsavja, l-akbar arena fil-Polonja, fi sptar temporanju, fid-dawl taż-żieda qawwija ta’ coronavirus li poġġiet lis-sistema tas-saħħa fi kriżi. Faċilitajiet ta’ emerġenza simili qed jitħejjew f’partijiet oħra tal-pajjiż.

Din l-aħbar għadha ma ġietx ikkonfermata uffiċjalment iżda kienet irrappurtata min żewġ mezzi tax-xandir ewlenin – TVN24, stazzjon televiżiv u Wirtualna Polska, sit elettroniku tal-aħbarijiet, li t-tnejn jikkwotaw individwi involuti f’dan il-proċess.

Aktar kmieni din il-ġimgħa kien hemm konferma pubblikament li kienu qed jiġu diskussi pjanijiet biex jinħolqu numru ta’ sptarijiet temporanji.

TVN u Wirtualna Polska, il-ħidma fuq dan il-proġett qed titmexxa mill-Kap tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Michał Dworczyk. L-isptar jista’ jiftaħ anke din il-ġimgħa, għall-ewwel b’500 sodda, qabel ma jkompli jespandi.

“Dan jirriżulta mill-istrateġija tagħna”, sostna individwu marbut mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru lil Wirtualna Polska. “Hekk kif ma jifdalx aktar sodod fl-isptarijiet, se nduru għal sptarijiet temporanji fil-miftuħ.”