Il-Polonja twaqqaf titjiriet diretti minn 43 pajjiż, inkluż Malta

R.Oneksiak, D.Kłosiński

Il-Gvern Pollakk ħabbar li se jwaqqaf it-titjiriet diretti minn Malta u 43 pajjiż ieħor, inkluż Spanja, Iżrael u r-Rumanija. 

Fi stqarrija, il-Gvern Pollakk, qal li qed jagħmel dan biex jikkontrolla t-tixrid tal-imxija tal-coronavirus fil-pajjiż. 

Il-lista tinkludi wkoll lill-Istati Uniti, il-Montenegro, il-Messiku, il-Brażil u l-Arġentina. Titjiriet minn u lejn ir-Russja u ċ-Ċina se jibqgħu possibbli. 

Din id-deċiżjoni se tidħol fis-seħħ minn għada u se ssegwi deċiżjonijiet oħra li huma mmirati biex jiddaħħlu restrizzjonijiet mingħajr ma jkun hemm lockdown komplet. 

Ġie speċifikat, li filwaqt li t-titjiriet diretti huma sospiżi, wieħed xorta jista’ jivjaġġa minn dawn il-pajjiżi billi jgħaddi minn pajjiżi fejn hemm titjiriet diretti u li mhux fil-lista, bħall-Ġermanja. 

Ritratt R.Oneksiak, D.Kłosiński