Il-Pollakki jieklu t-tuffieħ biex jisfidaw lil Vladimir Putin

Jekk għandek xi ħbieb mill-Polonja fuq Facebook, Instagram jew Twitter, jista’ jkun li nnutajt li dawn bdew itellgħu ritratti tagħhom jieklu tuffieħa. Dan m’huwiex qed jagħmluh biex jippromwovu dieta tajba, iżda biex jipprotestaw kontra l-President Russu Vladimir Putin.
Dan wara li nhar l-Erbgħa li għadda, ir-Russja ħabbret li mhux se tibqa’ timporta ħxejjex u frott mill-Polonja, fosthom tuffieħ, minħabba dawk li qed jissejħu bħala “raġunijiet sanitarji.”
Il-poplu Pollakk qed isostni li din l-azzjoni mir-Russja hija waħda politika bħala risposta għas-sanzjonijiet mill-Unjoni Ewropea.
Għalhekk kienu bosta dawk il-persuni mill-Polonja li biex jesprimu l-appoġġ tagħhom lejn ir-raħħala u l-bdiewa Pollakki, bdew itellgħu fuq is-siti soċjali dawn ir-ritratti bit-tuffieħ.