“Il-politika tal-PN għandha tiffoka fuq il-persuna” – Perici Calascione

Il-kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione qal li l-politika tal-PN għandha tkun iffokata fuq l-aspirazzjonijiet, ix-xewqat u fuq il-ħolm tal-bniedem.
Għal dan il-ħsieb, Dr Perici Calascione saħaq li l-PN għandu jkun mal-poplu b’laqgħat mas-soċjetà bl-iskop li jisma’ kontinwament dak li qed jgħid il-poplu u jiddjaloga miegħu.
Fi stqarrija, Perici Calascione stqarr li għandu jissaħħaħ Kuntatt PN u jingħata l-għodda kollha meħtiega biex jgħin lin-nies li jirrikorru għand il-partit fis-sitwazzjonijiet partikolari li jkunu qed jiffaċċjaw.
Sostna li Partit rebbieħ jinbena fuq u madwar in-nies.
Temm jgħid li l-Partit Nazzjonalista kien u ser jerġa’ jkun il-partit tan-nies.