“Il-politika qed tpoġġi fil-periklu l-ħajja tan-nies” – Bjorn

Facebook - Bjorn Formosa

Read in English.

L-attivist tal-ALS Bjorn Formosa tikteb li “meta l-politika tibda tpoġġi f’periklu l-ħajja tan-nies, ikun wasal iż-żmien li wieħed jgħid issa daqshekk.”

Fuq Facebook, Formosa qal li dan hu l-aħjar żmien biex ingħaqdu flimkien u ngħinu lill-ħutna fil-bżonn. “Ma nistgħux nħallu l-ebda individwu li jabbuża mill-poter jew oħrajn li qed jiġġieldu għal poter jirvinaw dan iż-żmien għalina.”

Huwa qal li sfortunament tfal bil-kanċer ma jiefqux ikunu morda meta jinħoloq xi fjask politiku u għalhekk iridu nkomplu ngħinuhom permezz tal-Istrina u attivitajiet soċjali oħra.  

“Ibqgħu sejrin b’ħajjitkom, tħallu lil ħadd jaffettwawkom. Dan t-tgħaffiġ kollu se jispiċċa u aħna nkunu nistgħu niktbu paġna ġdida u nadifa għal pajjiżna.