Dinja Ewropa: Il-politika Ewropea dwar l-AI, Brexit u l-Premju Sakharov

What’s on Newsbook: Dinja Ewropa

Il-politika agrarja komuni li mistennija tiġi aġġornata fil-perjodu 2021-2027 se jkollha tibdil fil-finanzjament tagħha. Din kienet waħda mill-elementi importanti li kienu diskussi fl-aħħar sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew. Fil-programm What’s on Newsbook: Dinja Ewropa naraw x’kienu l-aspetti ewlenin diskussi waqt din is-seduta.

Insegwu wkoll id-diskors tal-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli fl-okkażjoni tal-għoti tal-premju Sakharhov għal-Libertà tal-Ħsieb lill-poplu tal-Belarus, kif ukoll id-diskussjoni fis-sessjoni plenarja dwar l-aħħar żviluppi fuq Brexit.

Waqt What’s on Newsbook: Dinja Ewropa, Jesmond Saliba jintervista lill-MEP Josianne Cutajar dwar l-aħħar diskussjonijiet fuq il-politika Ewrope​a dwar l-Intelliġenza Artifiċjali.

What’s on Newbook: Dinja Ewropa jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fis-1pm fuq Newsbook.com.mt. Dan il-programm seta’ jkun possibbli bil-kollaborazzjoni u l-assistenza tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew.