Il-Politika dwar l-inklużjoni fl-iskejjel m’għandhiex tittratta lil kulħadd l-istess

Esperti fil-qasam tal-awtiżmu argumentaw li l-politika nazzjonali dwar l-inklużjoni fl-iskejjel m’għandix tittratta lil kulħadd l-istess.

Yanika Attard qal li d-definizzjoni ta’ inklużjoni tajba ma tfissirx li kulħadd għandu jkun trattat l-istess. “Il-konsultazzjoni dwar l-inklużjoni fl-iskejjel imnedija mill-Gvern issa pass importanti iżda għandna ma ġibnix id-definizjoni tal-inklużjoni tajba,” Attard qalet.

Melvin Attard qal li politika inklussiva huwa pass importanti għaliex l-policy tiggwida l-prattika tal-għalliema u l-edukaturi fl-iskejjel. Madanakollu iċ-ċentru tal-argument għandha tkun l-attitudni. “Bniedem jista’ jkollu l-għarfien neċessarju iżda jrid ibiddel l-attitudni tiegħu biex jakkomoda l-bżonnijiet tat-tfal bl-awtiżmu,” Attard qal.

“Inklużjoni ma tista’ tfisser li t-tfal bl-awtiżmu jridu jagħmlu kollox bħal tfal oħra. Anzi li kulħadd hu differenti u allura kulħadd irid ikun itrattati b’mod differenti,” hu stqarr.

Yanika Attard, ta’ kuljum iddur l-iskejjel qalet li dan it-tip ta’ argument li b’mod regoli, tħabbat wiccha miegħu.

Melvin u Yanika Attard, jmexxu ċ-ċentru dwar l-Awtiżmu The Malta Autism Centre u jinsabu fl-aħħar fażijiet tal-istudji tagħhom tal-PHD f’Awtiżmu. Il-koppja Attard kien qed tieħu sehem fil-programm Follow-Up fuq RTK 103 FM.

Il-Ġimgħa li għaddiet, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo nieda konsultazzjoni pubblika fuq il-politika nazzjonali dwar l-inklużjoni fl-iskejjel u l-implimentazzjoni tagħha.

Din il-politika għandha l-għan tippromwovi ambjent edukattiv inklussiv li jiżgura li l-istudenti kollha jkollhom l-opportunità jiksbu l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet meħtieġa biex ikunu ċittadini attivi u jirnexxu fuq ix-xogħol u fis-soċjetà.