Il-PN sodisfatt bid-deċiżjoni tal-KE dwar il-pipeline tal-gass

Il-Partit Nazzjonalista laqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li l-Kummissjoni Ewropea poġġiet il-proġett ta’ pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija fuq il-lista tal-proġetti ta’ interess komuni għall-Unjoni Ewropea.
L-Oppożizzjoni sostniet li dan huwa pass pożittiv.
Fi stqarrija tal-kelliema Roberta Metsola u Marthese Portelli ntqal li din l-aħbar tikkonferma l-politika tal-Partit Nazzjonalista fis-settur tal-enerġija u mhux power station li pajjiżna m’għandux bżonn.
Il-kelliema tal-Oppożizzjoni fakkru kif f’Mejju tal-2012, kien il-Partit Nazzjonalista li applika mal-Kummissjoni Ewropea biex tikkunsidra l-proġett tal-pipeline tal-gass.
L-istqarrija tgħid li l-pipeline tal-gass huwa t-tieni l-ikbar proġett tal-Partit Nazzjonalista wara dak tal-interconnector.