Il-PN se jinqasam jew se jissaħħaħ?

Posted by Newsbook.com.mt on Friday, July 24, 2020

Read in English.

Il-kriżi li jinsab fiha l-PN se twassal biex jinqasam jew biex ifiq u jissaħħaħ? Din hija l-mistoqsija li qed isaqsu ħafna, kemm membri tal-PN kif ukoll dawk mhumiex.

Kemm ilu Dr Adrian Delia kien hemm kriżi wara l-oħra li wasslet biex il-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv tal-PN jagħmlu vot ta’ sfiduċja fil-kap tal-partit. Issa l-ballun qiegħed f’saqajn il-Kunsilliera li se jgħadduh lit-tesserati. Hemm min jagħti tort lil Delia u hemm min jagħti tort lil dawk li ma jaqblux miegħu.

Is-Sibt fid-9:00am Newsbook Hour fuq 103 Malta’s Heart u fuq Newsbook.com.mt se jinvestiga l-qagħda fil-PN.

Fid-9.00am Fr Joe Borg se jintervista lil Dr Francis Zammit Dimech, is-Segretarju Ġenerali tal-PN. Fid-9.30am Fr Borg se jintervista lil Dr Bernard Grech, li diversi jixtiequ li jkun kap tal-PN.

Fil-bidu tal-programm: Intervent mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne dwar iż-żieda tal-każi tal-coronavirus.