Il-PN se jinnomina lill-Prof. Gauci għal Ġieħ ir-Repubblika

Prof. Charmaine Gauci

Read in English.

Il-Partit Nazzjonalista se jinnomina lis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci għall-unur ta’ Ġieħ ir-Reppubblika.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia ħabbar dan fuq Facebook illejla fejn qal li l-Gvern injora għal kollox lill-frontliners fil-baġit imħabbar ilbieraħ. Stqarr li kieku kien għall-PN, il-frontliners kollha fil-qasam tas-Saħħa kienu jingħataw bonus speċjali tal-ħidma erojka li wettqu u għadhom qed iwettqu matul il-pandemija tal-COVID-19.

Huwa stqarr li l-Partit Nazzjonalista qed jerġa’ jħeġġeġ lill-Gvern biex lill-professjonisti tas-saħħa jagħtihom bonus speċjali għal ħidmiethom.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn