Il-PN se jikser prattika li kuntratt isir b’mod pubbliku – PL

Il-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista se jikser prattika li ssir meta kunratt ta’ mill-inqas 5 snin ikun kuntratt pubbliku.
F’konferenza fil-bini tal-Parlament il-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri qalu li l-iskema ta’ self li l-Partit Nazzjonalista se juża’, l-perjodu se jkun ta’ 10 snin u dan se jsir permezz ta’ kuntratt privat.
Il-Ministru għall-Ġustizzja tefa’ dubbju dwar għalfejn il-Partit Nazzjonalista jrid iżomm kollox sigriet għax ma jridx li jirreġistra l-ismijiet ta’ min isellef il-flus lill-Partit Nazzjonalista.
Saqsa wkoll jekk il-PN hux lest li jerfa’ r-responsabiltà ta’ dawk in-nies li ser jidħlu f’din l-iskema.
Intant, il-Partit Nazzjonalista qal li l-iskema qed tiġġenera interess kbir u rringrazzja lill-Partit Laburista tar-riklam li qed jagħmillu għall-iskema Ċedoli 2016.