Il-PN se jiddeċiedi jneħħix il-kariga ta’ Assistent Segretarju tal-partit

Il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jiddeċiedi dwar il-proposta tal-kap Adrian Delia, sabiex titneħħa l-kariga ta’ Assistent Segretarju tal-partit u flokha jinħatru diretturi li jwieġbu lill-Uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali.
Din il-proposta issa titressaq quddiem il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li se jiftaħ il-Ġimgħa 3 ta’ Novembru.
Direttur Informazzjoni ġdid
Sadanittant, il-Kunsill Amministrattiv ħatar Direttur tal-Informazzjoni ġdid, li se jkun qed jieħu post Matthew Bonett li serva għal dawn l-aħħar tliet snin.
David Bonello għandu 31 sena u ilu jaħdem fil-qasam tax-xandir għal aktar minn 14-il sena.
Riċentement Bonello kien inħatar ukoll bħala Assistent Parlamentari lokali għall-Membru Parlamentari Ewropew Francis Zammit Dimech.
Filwaqt li rringrazzja lil Bonett ta’ xogħlu, il-kunsill irrimarka li l-kariga ta’ Bonello tidħol fis-seħħ mit-13 ta’ Novembru li ġej.
Fir-ritratt: David Bonello