“Il-PN se jibqa’ l-vuċi tal-Għawdxin” – Delia

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista se jibqa' jkun il-vuċi tal-Għawdxin.
Spjega kif il-futur tal-Għawdxin se jitfassal flimkien mal-Għawdxin għax il-Partit Nazzjonalista jrid jifhem il-ħtiġijiet partikolari tagħhom. 
Waqt li għalaq il-Kunsill Ġenerali tal-PN f’Għawdex, Adrian Delia qal li l-partit immexxi minnu se se jibqa' jaħdem biex iġib lura l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex lura għand l-Għawdxin. Qal li anke l-Qorti iddikjarat li din il-kawża hija waħda ta' importanza nazzjonali. 
Kien hawnhekk li staqsa fejn marru l-€50 miljun li Vitals qalgħu meta l-uniku investiment fis-saħħa f'Għawdex kienet il-ħofra li ħallew ħdejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. 
Tkellem dwar il-problemi li beħsiebu jindirizza l-PN f’Għawdex, u fost l-oħrajn semma l-insularità doppja, il-problemi tan-negozji u d-diffikultajiet tal-ħaddiema żgħażagħ Għawdxin biex jaħdmu f'Għawdex stess. 
Delia stieden lid-Deputat Nazzjonalista Chris Said li huwa reponsabbli f'isem il-PN għar-riforma Kostituzzjonali biex ifassal proposti fil-Kostituzzjoni għall-Għawdxin.