Il-PN sar partit li ma jistax jiġi elett – kandidat tal-PN

Il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Herman Farrugia qal li l-PN dawwar lilu nnifsu f’partit li ma jistax jiġi elett għall-“ħafna” elezzjonijiet li ġejjin.

F’ittra miftuħa li ppubblika fuq Facebook, Farrugia qal li hemm ħafna persuni li mhumiex “sinkronizzati” mal-verità. Qal li l-kandidati u attivisti tal-PN m’għandhomx jilgħabuha ta’ partitarji torox. Qal ukoll li jinsab ċert li dawn mhux veru jemmnu dak li qed jiktbu huma stess.

It-ton ta’ Delia huwa żbaljat u qas jitwemmen – Farrugia

Farrugia kiteb li ma setax jemmen it-ton ta’ konsulazzjoni u żbaljat tal-Kap tal-PN Adrian Delia u tas-Segretarju Ġenerali Clyde Puli dwar it-tnaqqis bejn id-distakk attwali u dak id-distakk li kienu qed juru s-sondaġġi.

Farrugia qal li l-mexxeja tal-PN George Borg Olivier u Eddie Fenech Adami kienu qalu li ma’ kull elezzjoni l-PN dejjem żied it-total tal-voti għalih u li l-bażi tal-partit tibqa’ rappreżentattiva tas-soċjetà Matija.

Farrugia staqsa jekk Delia jistax jirrepeti dawn l-istqarrijiet fid-dawl tar-riżultat li kiseb fl-elezzjonijiet tal-MEPs. Qal li l-PN naqas fl-ammont ta’ voti li kiseb minkejja żieda fin-numru ta’ votanti. Qal ukoll li l-partit m’għandux l-appoġġ rappreżentattiv tas-soċjetà.

Qal li l-PN qabeż il-linja tal-allarm ta’ 40% tal-voti peress li kiseb 37.8%. Qal li l-PN dawwar lilu nnisu f’partit li ma jistax jiġi elett għal “ħafna” elezzjonijiet fil-futur.

Fi kliem Farrugia, id-distakk bejn iż-żewġ partiti l-kbar kien ikun ferm akbar f’elezzjoni ġenerali fejn ikun hemm żieda fil-voti validi u effettivi tal-votanti. Qal li ż-żieda tkun ta’ mill-inqas 20% tar-rata tal-parteċipazzjoni. Fakkar li kien hemm kważi 10,000 vot li sejħilhom ‘taparsi invalidi’ imma b’tifsira.

Bla garanzija li dawk li vvutaw għal Casa u Metsola jivvutaw għall-PN – Farrugia

Skont Farrugia m’hemm l-ebda garanzija li dawk li vvutaw għal David Casa u Roberta Metsola se jivvutaw għall-PN fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Reċentament, Alex Perici Calascione, membru tal-kumitat eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li fl-2017 kien ikkontesta għall-kariga ta’ Kap tal-PN qal li lest jagħti s-sehem tiegħu fejn ikun hemm bżonn. Il-kummenti tiegħu laqqtu kemm tifħir u kif ukoll kritika f’mument fejn numru ta’ partitarji tal-PN jinsabu rrabjati bis-sitwazzjoni tal-partit tagħhom. Wara t-telfa elettorali fl-elezzjonijiet tal-MEPs, Delia qal li ma kienx se jirreżenja.

Mill-kamp tal-Alternattiva Demokratika, Mina Tolu li kkontestaw l-elezzjoni tal-MEPs qalu li f’Malta bħalissa m’hemmx oppożizzjoni.

Id-Direttur tal-MISCO u Opinjonist Lawrence Zammit sostna li l-Kap tal-Opożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia għandu jirreżenja.

An open letter I have messaged to Colleagues & Candidates.In a Facebook post, Dr Delia thanked all candidates,…

Posted by Herman Farrugia on Tuesday, May 28, 2019