“Il-PN qed juża l-abort biex ibeżża’” – Alex Agius Saliba

Alex Agius Saliba

Read in English.

Il-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista, Alex Agius Saliba, sostna li “bħalma jiġri qabel kull elezzjoni meta s-sustanza u l-argumenti jkunu foqra jew ineżistenti, il-Partit Nazzjonalista reġa’ qiegħed jilgħab il-karta tal-abort biex ibeżża’.”

Alex Agius Saliba fi stqarrija kkundanna dak li hu sejjaħ “l-għaġir irresponsabbli tal-Oppożizzjoni”, b’referenza għad-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fejn “prova joħloq l-illużjoni li l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew huma referendum dwar l-abort u li vot għall-Parit Laburista jista’ b’xi mod ifisser vot favur l-introduzzjoni tal-abort f’Malta.”

Hu ddikkjara li hu kontra l-abort u li jekk ikun elett Membru Parlamentari Ewropew, se jopponi kull sforz li jista’ jkun hemm biex l-abort jiġi introdott f’Malta.

Dr. Agius Saliba saħaq ukoll fuq il-bżonn li Malta jkollha sitt membri parlamentari Ewropej li jiddefenduha dejjem u kullimkien.