Il-PN qed jitlob ‘bail-out’ lill-Gvern – Alex Muscat

DOI - Jason Borg

Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat qal lil-PN qed jitlob lill-Gvern ‘bail-out’ wara li falla lill-partit u berbaq flus il-poplu.

Meta kien qed jitkellem fuq fid-diskussjoni dwar il-mozzjoni fuq il-pjan finanzarju tal-parlament, Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni jrid lill-parlament jittrattah b’mod differenti mill-kapijiet tal-oppożizzjoni preċedenti.

Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista qed jitlob flus il-poplu biex isalva mill-pożizzjoni finanzjarja prekarja li jinsab fiha.

Lanqas kamra fejn tiltaqa’ m’għandha l-Oppożizzjoni – Vassallo

Id-deputat Nazzjojnalista Edwin Vassallo qal li l-Oppożizzjoni lanqas biss għandna kamra fil-parlament fejn tiltaqa’ aħseb u ara kemm għandha r-riżorsi meħtieġa biex tgħaddi dmirha.

Huwa qal li l-Gvern issa jrid jaħtaf l-istituzzjoni tal-parlament billi ma jallokax biżżejjed riżorsi lill-oppożizzjoni u lanqas ma jippermetti lill-ispeaker ikun verament awtonomu.

Lanqas il-Gvern m’għandu fejn jiltaqa’ – Bedingfield

Glenn Bedingfield qal li lanqas il-Gvern m’għandu biżżejjed kmarar għaliex il-Gvern preċedenti ma ħasibx fl-eventwalità li Gvernijiet jagħmlu kabinett ikbar.

Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista se jivvotta kontra l-pjan finanzjarju tal-parlament, b’diżrispett kbir lejn l-impjegati tal-istess parlament.